Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 2 : ORDNI TAL-ĦIDMA TAL-PARLAMENT

Artikolu 150 : Proċedura f'sessjoni plenarja mingħajr emendi u diskussjoni

1.   Meta rapport ikun ġie adottat fil-kumitat b'anqas minn wieħed minn kull għaxar membri tal-kumitat li jivvutaw kontrih, dan għandu jitqiegħed fl-abbozz tal-aġenda tal-Parlament għall-votazzjoni mingħajr emendi.

Għaldaqstant, dak il-punt fl-aġenda għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuqu, ħlief jekk, qabel jitħejja l-aħħar abbozz tal-aġenda, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jkunu talbu bil-miktub li l-punt ikun miftuħ għal emendi, f'liema każ il-President għandu jistabbilixxi l-iskadenza biex l-emendi jitqiegħdu fuq il-Mejda.

2.   Il-punti mqiegħda fl-aħħar abbozz tal-aġenda għal votazzjoni mingħajr emendi għandhu jittieħed vot fuqhom ukoll mingħajr diskussjoni ħlief jekk il-Parlament, meta jadotta l-aġenda tiegħu fil-bidu ta' sessjoni parzjali, jiddeċiedi mod ieħor fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, jew jekk jintalab jagħmel dan minn xi grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx.

3.   Meta tkun qed tħejji l-aħħar abbozz tal-aġenda ta' sessjoni parzjali, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi li punti oħra jittieħed vot fuqhom mingħajr emendi jew mingħajr diskussjoni. Meta jkun qed jadotta l-aġenda tiegħu, il-Parlament jista' ma jaċċettax tali proposta jekk xi grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ikunu qiegħdu fuq il-Mejda l-oppożizzjoni tagħhom bil-miktub mhux anqas minn siegħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni parzjali.

4.   Meta punt jittieħed vot fuqu mingħajr diskussjoni, ir-rapporteur jew il-president tal-kumitat responsabbli jistgħu, minnufih qabel ma jittieħed il-vot, jagħmlu diskors ta' mhux aktar minn żewġ minuti.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza