Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
V.   Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Kumitat responsabbli:

1.   għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u tal-Fond għall-Iżvilupp Ewropew, u għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Parlament dwar il-kwittanza, inkluża l-proċedura għall-kwittanza interna, u għall-miżuri l-oħra li jakkumpanjaw jew li jimplimentaw dawn id-deċiżjonijiet;

2.   għall-għeluq, il-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet u tal-karti tal-bilanċ tal-Unjoni, tal-istituzzjonijiet tagħha u tal-entitajiet iffinanzjati minnha, inkluża d-deċiżjoni dwar liema approprjazzjonijiet għandhom jiġu riportati u s-saldu tal-bilanċi;

3.   għall-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew għall-Investiment;

4.   għall-monitoraġġ tal-effettività fl-infiq tat-tipi differenti ta' finanzjament tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni, bl-involviment, fuq talba tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-kumitati speċjalizzati u b'azzjoni, fuq talba tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, f'kooperazzjoni mal-kumitati speċjalizzati għall-eżami tar-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri;

5.   għar-relazzjonijiet mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), għall-indagar dwar frodi u irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, għall-miżuri li għandhom bħala skop il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn il-każijiet, għall-protezzjoni riġida tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-azzjonijiet rilevanti mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'dan il-qasam

6.   għar-relazzjonijiet mal-Qorti tal-Awdituri, għall-ħatra tal-membri tagħha u għall-eżami tar-rapporti tagħha;

7.   għar-Regolament Finanzjarju għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-baġit.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza