Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 3 - NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Artikolu 71 : Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament

1.   Meta l-kumitat ikun adotta rapport leġiżlattiv skont l-Artikolu 51, huwa jista' jiddeċiedi, permezz tal-maġġoranza tal-membri tiegħu, li jidħol f'negozjati abbażi ta' dak ir-rapport.

2.   Id-deċiżjonijiet biex jibdew negozjati għandhom jitħabbru fil-bidu tas-sessjoni parzjali li ssegwi l-adozzjoni tagħhom fil-kumitat. Sa tmiem il-jum ta' wara t-tħabbira fil-Parlament, għadd ta' Membri jew grupppolitiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom. Il-Parlament għandu jivvota fuq dawn it-talbiet matul l-istess sessjoni parzjali.

Jekk ma ssir l-ebda talba sal-iskadenza stipulata fl-ewwel subparagrafu, il-President għandu jinforma lill-Parlament li dan huwa l-każ. Jekk issir talba, il-President jista', immedjatament qabel il-votazzjoni, jagħti d-dritt tal-kelma lil kelliem wieħed favur id-deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f’negozjati u kelliem wieħed kontra dik id-deċiżjoni. Kull kelliem jista' jagħmel diskors ta' mhux aktar minn żewġ minuti.

3.   Jekk il-Parlament jirrifjuta d-deċiżjoni tal-kumitat li jidħol f'negozjati, l-abbozz ta' att leġiżlattiv u r-rapport tal-kumitat responsabbli għandhom jitqiegħdu fl-aġenda tas-sessjoni parzjali ta' wara, u l-President għandu jistabbilixxi skadenza biex l-emendi jitqiegħdu fuq il-Mejda. L-Artikolu 59(1b) għandu japplika.

4.   In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara l-iskadenza stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 mingħajr talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati. Jekk din it-talba tkun saret, in-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe żmien wara li d-deċiżjoni tal-kumitat biex jidħol f'negozjati tkun ġiet approvata fil-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza