TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 3 - NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
Artikolu 72 : Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill
Fejn il-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, din għandha tikkostitwixxi l-mandat għal kwalunkwe negozjati ma' istituzzjonijiet oħra. Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi, b'maġġoranza tal-membri tiegħu, li jidħol f'negozjati fi kwalunkwe ħin wara dan. Tali deċiżjonijiet għandhom jitħabbru fil-Parlament matul is-sessjoni parzjali wara l-votazzjoni fil-kumitat u referenza għalihom għandha tiġi inkluża fil-minuti.