TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 9 : PROĊEDURI OĦRA
Artikolu 106 : Proċedura għall-għoti ta' opinjonijiet dwar derogi għall-adozzjoni tal-euro
1. Meta l-Parlament ikun ikkonsultat skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rapport lill-Parlament li jipproponi l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-att propost,li abbażi tiegħu, il-Parlament għandu jiddelibera.
2. Il-Parlament għandu mbagħad jieħu votazzjoni waħdanija fuq l-att propost, li għalih ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda l-ebda emenda.