Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU III  : RELAZZJONIJIET BARRANIN
KAPITOLU 3 : RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR L-AZZJONI ESTERNA TAL-UNJONI

Artikolu 119 : Konsultazzjoni mal-Parlament u għoti ta' informazzjoni lill-Parlament fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni

1.   Meta l-Parlament jiġi ikkonsultat skont l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli li jista' jfassal abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 118 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jipprovdihom, regolarment u fil-waqt b'tagħrif dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni tal-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skont dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjoni finanzjarja oħra li jkollha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skont dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, il-kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

3.   Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni, inklużi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 132 għandhom japplikaw.

4.   Il-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandu jkun mistieden għal kull dibattitu f'seduta plenarja li jinvolvi politika barranija, politika ta' sigurtà jew politika ta' difiża.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza