Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU IV : TRASPARENZA FIL-ĦIDMA

Artikolu 121 : Trasparenza fl-attivitajiet tal-Parlament

1.   Il-Parlament għandu jiżgura l-akbar trasparenza fl-attivitajiet tiegħu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Id-dibattiti fil-Parlament għandhom ikunu pubbliċi.

3.   Il-laqgħat tal-kumitati għandhom normalment ikunu pubbliċi. Sa mhux aktar tard minn meta l-aġenda tal-laqgħa tkun adottata, il-kumitati jistgħu jiddeċiedu, madankollu li jaqsmu l-aġenda ta' dik il-laqgħa f'punti li jkunu miftuħin għall-pubbliku u punti li jkunu magħluqin għall-pubbliku. Madankollu jekk laqgħa ssir bil-magħluq, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jagħmel id-dokumenti tal-laqgħa aċċessibbli għall-pubbliku.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza