KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI
Artikolu 172 : Diskorsi ta' minuta
Għal perjodu ta' mhux iżjed minn tletin minuta waqt l-ewwel seduta ta' kull sessjoni parzjali, l-President għandu jistieden Membri li jixtiequ jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament dwar kwistjoni ta' importanza politika biex jitkellmu. Il-ħin tad-diskors għal kull Membru m'għandux jisboq il-minuta. Il-President jista' jaċċetta li jkun hemm perjodu ieħor bħal dan aktar tard matul l-istess sessjoni parzjali.