Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5 : KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Artikolu 187 : Votazzjonijiet (1)

1.   Bħala regola ġenerali, l-Parlament għandu jivvota b'turija tal-idejn.

Madankollu, il-President jista', fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li l-votazzjonijiet isiru permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

2.   Il-President għandu jiddikjara l-votazzjonijiet miftuħin u magħluqin.

Malli l-President jiddikjara votazzjoni miftuħa, ħadd ħlief il-President ma jitħalla jitkellem sakemm il-votazzjoni ma tkunx iddikjarata magħluqa.

3.   Meta jiġi kkalkulat jekk test ġiex adottat jew micħud, għandhom jitqiesu biss il-voti mitfugħa favur u kontra, ħlief fejn f’dawk il-każijiet li għalihom it-Trattati jistipulaw maġġoranza speċifika.

4.   Jekk il-President jiddeċiedi li r-riżultat ta' votazzjoni b'turija tal-idejn huwa dubjuż, għandu jittieħed vot mill-ġdid permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika u, jekk din ma tkunx qed taħdem, jittieħed vot billi l-Membri jpoġġu bil-qiegħda u jqumu bil-wieqfa.

5.   Il-President għandu jistabbilixxi u jħabbar ir-riżultat.

6.   Ir-riżultat tal-vot għandu jiġi reġistrat.

(1) L-Artikolu 187 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 219).
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza