1. Il-petizzjonijiet li jkunu ddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 226(9) u id-deċiżjonijiet l-aktar importanti dwar il-proċedura ta' eżami ta' dawn il-petizzjonijiet. għandhom jitħabbru fis-sessjoni plenarja. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-minuti tal-proċeduri tas-seduta.
2. It-titlu u t-test fil-qosor tal-petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru, flimkien mal-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet l-aktar importanti li jakkumpanjaw l-eżami tal-petizzjoni, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-Portal tal-Petizzjonijiet fuq is-sit web tal-Parlament.