Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Lulju 2019
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU IX : PETIZZJONIJIET

Artikolu 230 : Inizjattiva taċ-ċittadini

1.   Meta l-Parlament ikun mgħarraf li l-Kummissjoni tkun ġiet mistiedna biex tressaq proposta għal att legali skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 211/2011, il-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jaċċerta ruħu jekk dan jistax jaffettwa l-ħidma tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, għandu jgħarraf lil dawk il-petizzjonanti li jkunu indirizzaw il-petizzjonijiet dwar suġġetti relatati.

2.   Il-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu ġew reġistrati b'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, iżda li ma jistgħux jitressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament minħabba li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati ma ġewx rispettati, jistgħu jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet jekk dan iqis xieraq li jingħata segwitu. L-Artikoli 226, 227, 228 u 229 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza