Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
IV.   Kumitat għall-Baġits

Kumitat responsabbli:

1.   għall-qafas finanzjarju plurijennali tad-dħul u l-infiq tal-Unjoni u għas-sistema tar-riżorsi tal-Unjoni stess;

2.   għall-prerogattivi baġitarji tal-Parlament, b'mod patikulari l-baġit tal-Unjoni u l-innegozjar u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet interistituzzjonali f'dan il-qasam;

3.   għall-estimi tal-Parlament skont il-proċedura stabbilita fir-Regoli ta' Proċedura;

4.   għall-baġit tal-korpi deċentralizzati;

5.   għall-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew għall-Investiment li mhumiex parti mill-governanza ekonomika Ewropea;

6.   biex jiddaħħal fil-baġit il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitat responsabbli għall-Ftehim ta' sħubija ACP-UE;

7.   għall-implikazzjonijiet finanzjarji tal-atti kollha tal-Unjoni u għall-kompatibbiltà tagħhom mal-qafas finanzjarju plurijennali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitati rilevanti;

8.   għall-issorveljar u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti minkejja l-Artikolu 98 tar-Regoli ta' Proċedura, trasferimenti ta' approprjazzjonijiet, proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-organigrammi, approprjazzjonijiet amministrattivi u opinjonijiet dwar proġetti relatati mal-bini li jkollhom implikazzjonijiet finanzjarji qawwija;

9.   għar-Regolament Finanzjarju, bl-esklużjoni ta' kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-baġit.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza