Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS VI : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
X.   Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Kumitat responsabbli:

1.   għall-koordinazzjoni fuq livell tal-Unjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-suq intern u għall-Unjoni doganali, b'mod partikulari:

(a)   il-moviment ħieles tal-merkanzija, inkluża l-armonizzazzjoni tal-istandards tekniċi,
(b)   id-dritt li wieħed jiftaħ negozju jew jagħti servizz,
(c)   il-libertà tal-għoti ta' servizzi, ħlief fis-settur finanzjarju u fis-settur postali;

2.   għall-funzjonament tas-Suq Uniku, inkluż miżuri li għandhom bħala skop l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' affarijiet li jistgħu jkunu ta' xkiel għall-implimentazzjoni tas-Suq Uniku, inkluż is-Suq Uniku Diġitali;

3.   għall-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi ekonomiċi tal-konsumatur, ħlief għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà tal-ikel;

4.   għall-politika u l-leġiżlazzjoni rigward l-infurzar tar-regoli dwar is-Suq Uniku u d-drittijiet tal-konsumatur.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza