Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 1 : MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 1 : Il-Parlament Ewropew

1.   Il-Parlament Ewropew huwa l-assemblea eletta skont it-Trattati, l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li ġejja mit-Trattati.

2.   Il-persuni eletti fil-Parlament Ewropew għandhom jissejħu:

"Членове на Европейския парламент" bil-Bulgaru,

"Diputados al Parlamento Europeo" bl-Ispanjol,

"Poslanci Evropského parlamentu" biċ-Ċek,

"Medlemmer af Europa-Parlamentet" bid-Daniż,

"Mitglieder des Europäischen Parlaments" bil-Ġermaniż,

"Euroopa Parlamendi liikmed" bl-Estonjan,

"Βoυλευτές τoυ Ευρωπαϊκoύ Κoιvoβoυλίoυ" bil-Grieg,

"Members of the European Parliament" bl-Ingliż,

"Députés au Parlement européen" bil-Franċiż,

"Feisirí de Pharlaimint na hEorpa" bl-Irlandiż,

"Zastupnici u Europskom parlamentu" bil-Kroat,

"Deputati al Parlamento europeo" bit-Taljan,

"Eiropas Parlamenta deputāti" bil-Latvjan,

"Europos Parlamento nariai" bil-Litwan,

"Európai Parlamenti Képviselők" bl-Ungeriż,

"Membri tal-Parlament Ewropew" bil-Malti,

"Leden van het Europees Parlement" bl-Olandiż,

"Posłowie do Parlamentu Europejskiego" bil-Pollakk,

"Deputados ao Parlamento Europeu" bil-Portugiż,

"Deputaţi în Parlamentul European" bir-Rumen,

"Poslanci Európskeho parlamentu" bis-Slovak,

"Poslanci Evropskega parlamenta" bis-Sloven,

"Euroopan parlamentin jäsenet" bil-Finlandiż,

"Ledamöter av Europaparlamentet" bl-Iżvediż.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza