Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 2 : UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT

Artikolu 17 : Elezzjoni ta' Viċi Presidenti

1.   Il-Viċi Presidenti għandhom imbagħad jiġu eletti fuq votazzjoni waħda. Għandhom ikunu dikjarati eletti fl-ewwel votazzjoni dawk illi jġibu maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, sakemm jimtlew erbatax-il post u fl-ordni skont in-numru ta' voti li jkunu kisbu. Jekk in-numru ta' kandidati eletti jkun anqas min-numru ta' karigi li jridu jimtlew, għandha ssir it-tieni votazzjoni skont l-istess kundizzjonijiet sabiex jimtlew il-karigi li jkun fadal. Jekk tkun meħtieġa it-tielet votazzjoni, maġġoranza relattiva għandha tkun biżżejjed għall-elezzjoni fil-karigi li jkun fadal. Fil-każ ta' riżultat ndaqs, l-aktar kandidati anzjani għandhom ikunu dikjarati eletti.

2.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1), il-Viċi Presidenti għandu jkollhom preċedenza skont l-ordni li fih ikunu ġew eletti u, fil-każ ta' voti ndaqs, skont l-età.

Jekk il-Viċi Presidenti jkunu ġew eletti b'akklamazzjoni, għandha tittieħed votazzjoni sigrieta biex tiġi stabbilita l-ordni ta' preċedenza tagħhom.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza