Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 2 : UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT

Artikolu 21 : Tmiem ta' kariga qabel iż-żmien

Il-Konferenza tal-Presidenti, permezz ta' maġġoranza ta' tlieta minn kull ħames voti mitfugħa, liema voti jirrappreżentaw mhux anqas minn tliet partiti politiċi, tista' tipproponi lill-Parlament jagħlaq iż-żmien tal-kariga tal-President, ta' Viċi President, ta' Kwestur, president jew viċi president ta' kumitat, ta' president jew ta’ viċi president ta' delegazzjoni interparlamentari, jew ta' kwalunkwe detentur ta' xi kariga elett mill-Parlament, fejn  tqis li l-Membru in kwistoni jkun ħati ta' kondotta ħażina serja. Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni fuq dik il-proposta b'maġġoranza ta' żewg terzi tal-voti mitfugħa, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti minnu.

Meta rapporteur jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward ta' interessi finanzjarji u kunflitt ta' interess (1), il-kumitat li ħatru jista', fuq l-inizjattiva tal-President u fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, itemm tali mandat. Il-maġġoranzi rikjesti fl-ewwel paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull stadju ta' din il-proċedura.

(1) Ara l-Anness I.
Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza