Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3 : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 23 : Dmirijiet tal-Viċi Presidenti

1.   Jekk il-President ikun assenti jew ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dmirijietu, jew jekk ikun jixtieq li jieħu sehem f'diskussjoni skont l-Artikolu 22(3), wieħed mill-Viċi Presidenti kif determinat mill-ordni ta' preċedenza għandu jeħodlu postu.

2.   Il-Viċi Presidenti għandhom ukoll jaqdu d-dmirijiet mogħtija lilhom skont l-Artikoli 25, 27(3) u (5) u 77(3).

3.   Il-President jista' jiddelega lill-Viċi Presidenti kwalunkwe dmir bħal ma hu d-dmir li jirrappreżenta lill-Parlament f'ċerimonji speċifiċi u atti. B'mod partikulari, il-President jista' jappunta lil wieħed mill-Viċi Presidenti sabiex jaqdi d-dmirijet tal-President stipulati fl-Artikoli 137 u 138(2).

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza