Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 2 - IT-TIENI QARI

Artikolu 66 : Tressiq quddiem il-Parlament

Il-pożizzjoni tal-Kunsill u, fejn tkun disponibbli, ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-kumitat responsabbli għandhom jitqiegħdu awtomatikament fl-abbozz tal-aġenda għas-sessjoni parzjali li l-jum tal-Erbgħa tagħha jkun jaħbat qabel u jkun eqreb għall-jum tal-iskadenza ta' tliet xhur jew, jekk jiġi estiż skont l-Artikolu 64, ta' erba' xhur, ħlief jekk il-kwistjoni kienet ikkunsidrata f'sessjoni parzjali ta' qabel.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza