Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 3 - NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Artikolu 73 : Negozjati qabel it-tieni qari tal-Parlament

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tkun ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari għandha, soġġetta għall-Artikolu 68, tikkostitwixxi l-mandat għal kwalunkwe negozjati ma' istituzzjonijiet oħrajn; Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jidħol f'negozjati fi kwalunkwe ħin sussegwenti.

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill tkun tinkludi elementi li ma jkunux koperti mill-abbozz tal-att leġiżlattiv jew mill-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, il-kumitat jista' jadotta linji gwida, inkluż fil-forma ta' emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, għat-tim tan-negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza