Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 3 - NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Artikolu 74 : Tmexxija tan-negozjati

1.   It-tim tan-negozjati tal-Parlament għandu jitmexxa mir-rapporteur u għandu jiġi ppresedut mill-president tal-kumitat responsabbli jew minn Viċi President innominat mill-president. Huwa għandu jinkludi għall-anqas ix-shadow rapporteurs minn kull grupp politiku li jixtieq jipparteċipa.

2.   Kull dokument maħsub biex jiġi eżaminat f'laqgħa mal-Kunsill u mal-Kummissjoni ("trilogu") għandu jitqassam mat-tim tan-negozjati tal-anqas 48 siegħa qabel jew, f'każijiet ta' urġenza, tal-anqas 24 siegħa qabel dak it-trilogu.

3.   Wara kull trilogu, il-president tat-tim tan-negozjati u r-rapporteur, f'isem it-tim tan-negozjati, għandhom jirrapportaw lura għal-laqgħa li jmiss tal-kumitat responsabbli.

Meta ma jkunx fattibbli li tissejjaħ laqgħa tal-kumitat b'mod f'waqtu, il-president tat-tim tan-negozjati u r-rapporteur, f'isem it-tim tan-negozjati, għandhom jirrapportaw lura għal laqgħa tal-koordinaturi tal-kumitati.

4.   Jekk in-negozjati jwasslu għal ftehim proviżorju, il-kumitat responsabbli għandu jkun infurmat mingħajr dewmien. Id-dokumenti li jirriflettu l-eżitu tat-trilogu konklużiv għandhom ikunu disponibbli għall-kumitat responsabbli u għandhom jiġu ppubblikati. Il-ftehim proviżorju għandu jitressaq lill-kumitat responsabbli, li għandu jiddeċiedi, permezz ta' votazzjoni waħdanija b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jekk japprovahx. Jekk jiġi approvat, għandu jitressaq għall-eżami mill-Parlament, fi preżentazzjoni li turi b'mod ċar il-modifiki li jkunu saru fl-abbozz ta' att leġiżlattiv.

5.   F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kumitati kkonċernati skont l-Artikoli 57 u 58, ir-regoli ddettaljati għall-ftuħ tan-negozjati u għat-tmexxija ta' tali negozjati għandhom jiġu ddeterminati mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b'konformità mal-prinċipji stabbiliti f'dawk l-Artikoli.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza