Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 7 : PROĊEDURI INTERNI TAL-BAĠIT

Artikolu 104 : Setgħa biex jagħmel u jħallas spejjeż, japprova l-kontijiet u jagħti l-kwittanza

1.   Wara li jiġi kkonsultat il-kumitat responsabbli, il-President għandu jagħmel u jħallas, jew iġiegħel li jsiru u jitħallsu, l-ispejjeż koperti mir-regoli finanzjarji interni maħruġa mill-Bureau.

2.   Il-President għandu jgħaddi l-abbozz tal-kontijiet annwali lill-kumitat responsabbli.

3.   Abbażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu japprova l-kontijiet tiegħu u jiddeċiedi dwar l-għoti ta' kwittanza.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza