Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 8 : PROĊEDURA TA' APPROVAZZJONI

Artikolu 105 : Proċedura ta' approvazzjoni

1.   Meta l-Parlament jintalab jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal att legalment vinkolanti, il-kumitat responsabbli għandu jressaq quddiem il-Parlament rakkomandazzjoni li tapprova jew tiċħad l-att propost.

Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjonijiet, iżda m'għandhiex tinkludi premessi. L-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

Ir-rakkomandazzjoni tista' tkun akkumpanjata minn nota spjegattiva qasira. Dik in-nota għandha taqa' taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur u m'għandux jittieħed vot fuqha. L-Artikolu 55(2) għandu japplika mutatis mutandis.

2.   Il-kumitat responsabbli jista' wkoll, jekk ikun meħtieġ, iqiegħed fuq il-Mejda rapport li jinkludi mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva li tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex il-Parlament għandu jagħti jew jiċħad l-approvazzjoni tiegħu u, meta jkun xieraq, fejn isiru rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-att propost.

3.   Il-kumitat responsabbli għandu jindirizza t-talba għall-approvazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Jekk il-kumitat responsabbli ma jkunx adotta r-rakkomandazzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data li fiha ġiet riferita lilu t-talba għall-approvazzjoni, il-Konferenza tal-Presidenti tista' jew tpoġġi l-kwistjoni fuq l-aġenda gbiex tiġi eżaminata f'sessjoni parzjali sussegwenti jew inkella, f'każijiet debitament ġustifikati, tiddeċiedi li ttawwal il-perjodu ta' sitt xhur.

4.   Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar l-att propost permezz ta' votazzjoni waħdanija dwar l-approvazzjoni, irrispettivament minn jekk ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli tkunx li l-att propost jiġi approvat jew miċħud, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda. Jekk il-maġġoranza rikjesta ma tintlaħaqx, l-att propost għandu jitqies li jkun ġie miċħud.

5.   Meta l-approvazzjoni tal-Parlament tkun rikjesta, il-kumitat responsabbli jista', fi kwalunkwe waqt, jippreżenta rapport interim lill-Parlament b'mozzjoni għal riżoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att propost.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza