Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU III  : RELAZZJONIJIET BARRANIN
KAPITOLU 2 : RAPPREŻENTANZA BARRANIJA TAL-UNJONI U POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

Artikolu 116 : Rappreżentanti speċjali

1.   Meta l-Kunsill ikollu l-ħsieb li jaħtar rappreżentant speċjali skont l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, fuq talba tal-Kumitat responsabbli, għandu jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet dwar il-mandat, l-għanijiet u affarijiet oħra rilevanti li jkollhom x'jaqsmu mad-doveri u r-rwol li għandu jwettaq ir-Rappreżentant Speċjali.

2.   Wara li jkun inħatar ir-rappreżentant speċjali, imma qabel ma jieħu dik il-pożizzjoni, huwa jista' jiġi mistieden sabiex jidher quddiem il-kumitat responsabbli biex jagħmel dikjarazzjoni u biex jirrispondi mistoqsijiet.

3.   Fi żmien xahrejn mis-smigħ, il-kumitat responsabbli jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà relatati direttament mal-ħatra.

4.   Ir-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi mistieden sabiex iżomm il-Parlament infurmat b'mod sħiħ u regolari dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-mandat tiegħu.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza