Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 7 : FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

Artikolu 148 : Ftehim interistituzzjonali

1.   Il-Parlament jista' jidħol fi ftehim ma' istituzzjonijiet oħra fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-Trattati jew sabiex itejjeb jew jikkjarifika proċeduri.

Ftehim ta' dan it-tip jista’ jieħu l-forma ta' dikjarazzjonijiet konġunti, skambju ta' ittri jew kodiċijiet ta' kondotta jew strumenti oħra xierqa. Dawn għandhom jiġu ffirmati mill-President wara li jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet kostituzzjonali u wara li jkunu approvati mill-Parlament.

2.   Meta ftehim ta' dan it-tip iġib miegħu bdil fi drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali eżistenti jew jistabbilixxi drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali ġodda għall-Membri jew għall-korpi tal-Parlament, jew b'xi mod ieħor iġib miegħu bdil jew interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli biex tiġi eżaminata skont l-Artikolu 236(2) sa (6) qabel ma jkun iffirmat l-ftehim.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza