Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 8 : RIFERIMENT LILL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 149 : Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.   Il-Parlament għandu, fil-limiti ta' żmien mogħtija mit-Trattati u mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta' azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jeżamina l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha sabiex jiżgura li d-drittijiet tiegħu ġew rispettati kompletament.

2.   Jekk jissusspetta li jkun hemm ksur tal-ligi tal-Unjoni, il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jirrapporta lill-Parlament, oralment jekk ikun meħtieġ,. Fejn xieraq, il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jista' jisma' l-fehmiet tal-kumitat responsabbli għas-suġġett.

3.   Il-President għandu jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f'isem il-Parlament skont ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

Fil-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss, huwa jista' jirreferi d-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-azzjoni lill-Parlament. Jekk il-Parlament jiddeċiedi kontra l-azzjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jirtira l-azzjoni.

Jekk il-President jippreżenta rikors kontra r-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, huwa għandu fil-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss jirreferi d-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-proċeduri lill-Parlament.

4.   Il-President għandu, wara li jikkonsulta l-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jippreżenta osservazzjonijiet jew jintervjeni f'isem il-Parlament fi proċeduri quddiem il-qorti.

Jekk il-President ikun bi ħsiebu jitbiegħed mir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, huwa għandu jinforma lill-kumitat b'dan u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.

Jekk il-Konferenza tal-Presidenti tkun tal-fehma li l-Parlament, b'mod eċċezzjonali, m'għandux iressaq osservazzjonijiet jew jintervjeni f’każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea  fejn ikun hemm dubji dwar il-validità legali ta' att tal-Parlament, il-kwistjoni għandha titressaq lill-Parlament mingħajr dewmien.

M'hemm xejn f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura li jżomm lill-kumitat responsabbli milli jiddeċiedi dwar arranġamenti proċedurali xierqa għat-trażmissjoni fil-ħin tar-rakkomandazzjoni tiegħu f'każijiet ta' urġenza.

Meta jkun meħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar jekk il-Parlament għandux jeżerċita id-drittijiet tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-att ikkonċernat ma jkunx kopert mill-Artikolu 149 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-proċedura prevista f’ dan l-Artikolu għandha tapplika mutatis mutandis.

5.   F'każijiet ta' urġenza, il-President jista’,  wara li jkun ikkonsulta fejn possibbli, lill-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jieħu azzjoni ta' prekawżjoni sabiex jikkonforma mal-limiti ta' żmien rilevanti. F'każijiet bħal dawn, il-proċedura prevista fil-paragrafi 3 jew 4, skont kif applikabbli, għandha tiġi implimentata mal-ewwel opportunità.

6.   Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jistabbilixxi l-prinċipji li se juża fl-applikazzjoni tiegħu ta' dan l-Artikolu.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza