Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 6 : PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Artikolu 199 : Għeluq ta' dibattitu

1.   Fuq proposta tal-President jew fuq talba ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, dibattitu jista' jingħalaq qabel ma jkunu tkellmu l-kelliema kollha mniżżlin fil-lista tal-kelliema. Għandu jittieħed vot minnufih fuq proposta jew talba bħal din.

2.   Jekk il-proposta jew it-talba jiġu approvati, minn dak il-ħin ikun jista' jitkellem Membru wieħed biss minn kull grupp politiku li jkun għadu ma tkellimx f'dak id-dibattitu.

3.   Wara d-diskorsi msemmija fil-paragrafu 2, id-dibattitu għandu jingħalaq u l-Parlament għandu jivvota fuq il-kwistjoni li tkun qed tiġi diskussa, ħlief meta l-ħin għall-votazzjoni jkun ġie stabbilit bil-quddiem.

4.   Jekk il-proposta jew it-talba jiġu miċħuda, ma jistgħux jerġgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda f'dak id-dibattitu, ħlief mill-President.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza