Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 6 : PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Artikolu 200 : Aġġornament ta' dibattitu jew ta' votazzjoni (1)

1.   Fil-bidu ta' dibattitu dwar xi punt fl-aġenda, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jressqu mozzjoni li d-dibattitu jiġi pospost għal data u ħin speċifiċi. Tali mozzjoni għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

L-intenzjoni li jintalab l-aġġornament ta' dibattitu għandha tiġi notifikata tal-anqas 24 siegħa bil-quddiem lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih.

2.   Jekk il-mozzjoni tiġi approvata, il-Parlament għandu jgħaddi minnufih għall-punt li jkun imiss fl-aġenda. Id-dibattitu li jkun ġie aġġornat għandu jissokta fid-data u l-ħin speċifikati.

3.   Jekk il-mozzjoni tiġi miċħuda, ma tistax terġa' titqiegħed fuq il-Mejda f'dik is-sessjoni parzjali.

4.   Qabel jew waqt votazzjoni, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jippreżentaw mozzjoni titlob li l-votazzjoni tiġi posposta. Tali mozzjoni għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

(1) L-Artikolu 200 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 219).
Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza