Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 7 : REKORD PUBBLIKU TAL-PROĊEDURI

Artikolu 202 : Minuti

1.   Il-minuti ta' kull seduta, bid-dettalji tal-proċeduri, l-ismijiet tal-kelliema u d-deċiżjonijiet tal-Parlament, inkluż ir-riżultat ta' kwalunkwe vot dwar kwalunkwe emenda, għandhom ikunu disponibbli mhux anqas minn nofs siegħa qabel il-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-seduta li jkun imiss.

2.   Lista ta' dokumenti li jiffurmaw il-bażi għad-dibattiti u d-deċiżjonijiet tal-Parlament għandha tkun ippubblikata fil-minuti.

3.   Fil-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar ta' kull seduta, il-President għandu jqiegħed quddiem il-Parlament, għall-approvazzjoni tiegħu, il-minuti tas-seduta ta' qabel.

4.   Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet għall-minuti, il-Parlament għandu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedi jekk il-bidliet mitluba għandux jittieħed kont tagħhom. Ebda Membru ma jista' jitkellem fuq is-suġġett għal aktar minn minuta.

5.   Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali u jinżammu fl-arkivji tal-Parlament. Il-minuti għandhom ikunu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza