Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 2 : DELEGAZZJONIJIET INTERPARLAMENTARI

Artikolu 223 : Twaqqif u dmirijiet ta' delegazzjonijiet interparlamentari

1.   Fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament għandu jwaqqaf delegazzjonijiet interparlamentari permanenti u, filwaqt li jqis id-dmirijiet tagħhom, jiddeċiedi dwar in-natura tagħhom u dwar in-numru ta' membri li jiffurmawhom. Il-membri għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi u mill-Membri mhux affiljati matul l-ewwel jew fit-tieni sessjoni parzjali wara li l-Parlament jerġa' jiġi elett u l-elezzjoni tagħhom tkun tgħodd għal-leġiżlatura sħiħa.

2.   Il-gruppi politiċi għandhom jiżguraw sa fejn hu possibbli li l-Istati Membri, il-fehmiet politiċi u l-ġeneri huma rrappreżentati b'mod ġust. Ma għandux ikun permess li aktar minn terz tal-membri ta' delegazzjoni jkollhom l-istess nazzjonalità. L-Artikolu 209 għandu japplika mutatis mutandis.

3.   Il-bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura stabbilita għall-kumitati permanenti skont l-Artikolu 213.

4.   Il-Parlament għandu jistabbilixxi s-setgħat ġenerali tad-delegazzjonijiet individwali. Huwa jista' f'kull ħin jiddeċiedi li jżid jew inaqqas dawn is-setgħat.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jistgħu iwettqu xogħolhom għandhom ikunu adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet.

6.   Il-president ta' delegazzjoni għandu jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tad-delegazzjoni lill-kumitat responsabbli għall-affarijiet barranin u s-sigurtà.

7.   Il-president ta' delegazzjoni għandu l-possibilita’ li jinstema' minn kumitat meta fl-aġenda jkun hemm punt li jikkonċerna l-qasam ta' responsabbiltà tad-delegazzjoni. Dan għandu japplika ukoll għall-president jew għar-rapporteur ta' dak il-kumitat f'laqgħat tad-delegazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza