Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU X : OMBUDSMAN

Artikolu 232 : Attivitajiet tal-Ombudsman

1.   Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina l-każi ta' amministrazzjoni ħażina li bihom l-Ombudsman ikun għarfu skont l-Artikolu 3(6) u (7) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom, u b’segwitu jista' jiddeċiedi li jfassal rapport skont l-Artikolu 54.

Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina r-rapport imressaq mill-Ombudsman fi tmiem kull sessjoni annwali dwar ir-riżultat tal-inkjesti tiegħu, skont l-Artikolu 3(8) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom. Il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament jekk iqis li l-Parlament jeħtieġlu jieħu pożizzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe aspett ta' dak ir-rapport.

2.   L-Ombudsman jista' wkoll jagħti tagħrif lill-kumitat responsabbli fuq talba ta' dan tal-aħħar, jew jinstema' mill-istess kumitat fuq inizjattiva tiegħu.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza