Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU X : OMBUDSMAN

Artikolu 233 : Tneħħija tal-Ombudsman

1.   Wieħed minn kull għaxar Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jista' jagħmel talba għat-tneħħija tal-Ombudsman jekk ma jkunx jibqa' jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġ biex jaqdi dmirijietu jew jekk ikun ħati ta' kondotta ħażina serja. Meta tali talba għat-tneħħija tal-Ombudsman ikun ittieħed vot fuqha fix-xahrejn preċedenti, waħda ġdida tista' titqiegħed fuq il-Mejda biss minn wieħed minn kull ħames Membri li jagħmlu parti mill-Parlament.

2.   Wieħed minn kull għaxar Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jista' jagħmel talba għat-tneħħija tal-Ombudsman jekk ma jkunx jibqa' jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġ biex jaqdi dmirijietu jew jekk ikun ħati ta' kondotta ħażina serja. Meta tali talba għat-tneħħija tal-Ombudsman ikun ittieħed vot fuqha fix-xahrejn preċedenti, waħda ġdida tista' titqiegħed fuq il-Mejda biss minn wieħed minn kull ħames Membri li jagħmlu parti mill-Parlament.

3.   Qabel ma jittieħed il-vot, il-President għandu jiżgura li nofs il-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament ikunu preżenti.

4.   Jekk il-vot ikun favur it-tneħħija tal-Ombudsman u dan ma jirriżenjax wara l-vot, il-President għandu, sa mhux aktar tard mis-sessjoni parzjali li taħbat wara dik s-sessjoni li fiha jkun ittieħed il-vot, jirreferi talba lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex l-Ombudsman jitneħħa flimkien ma' talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr dewmien.

Ir-riżenja tal-Ombudsman għandha ġġib fi tmiemha l-proċedura.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza