Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2020
EPUB 147kPDF 776k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU XIII : APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA U EMENDI GĦAR-REGOLI TA' PROĊEDURA

Artikolu 237 : Emendi għar-Regoli ta' Proċedura

1.   Kull Membru jista' jipproponi emendi għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura u għall-annessi tagħhom, flimkien ma' ġustifikazzjonijiet qosra, fejn xieraq.

Il-kumitat responsabbli għandu jeżaminahom u jiddeċiedi jekk jippreżentahomx lill-Parlament.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikoli 180, 181 u 183 fl-eżami ta' dawn l-emendi proposti fil-Parlament, referenzi f'dawk l-Artikoli għal "test oriġinali" jew għal proposta għal att legalment vinkolanti għandhom jitqiesu bħala referenza għad-dispożizzjoni li tkun fis-seħħ f'dak iż-żmien.

2.   F'konformità mal-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, emendi għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu adottati biss jekk jiksbu l-voti tal-maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament.

3.   Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor meta jittieħed il-vot, emendi għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura u għall-annessi tagħhom għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel sessjoni parzjali wara dak tal-adozzjoni tagħhom.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza