Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Ġunju 2020
EPUB 147kPDF 777k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
  Titolu XIIIa ġdid intitolat "Ċirkostanzi straordinarji" ser japplika mit-18.1.2021 (ara Testi adottati tas-17.12.2020, P9_TA(2020)0380).

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 1 : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 48 : Eżami ta' atti legalment vinkolanti

1.   Il-President għandu jirreferi proposti għal atti legalment vinkolanti rċevuti minn istituzzjonijiet jew Stati Membri oħra lill-kumitat responsabbli biex jiġu eżaminati.

2.   Fil-każ ta' dubju, il-President jista', qabel it-tħabbira fil-Parlament ta' riferiment lill-kumitat responsabbli, iressaq mistoqsija dwar il-kompetenza lill-Konferenza tal-Presidenti. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, skont l-Artikolu 211(2).

3.   Il-kumitat responsabbli jista', fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li jaħtar rapporteur biex isegwi l-fażi preparatorja ta' proposta. Huwa għandu jagħti attenzjoni partikolari biex isir hekk fejn il-proposta tkun mniżżla fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni.

4.   Fil-każ ta' konflitt bejn dispożizzjoni tar-Regoli ta' Proċedura li għandha x'taqsam mat-tieni u t-tielet qari u kull dispożizzjoni oħra tar-Regoli ta' Proċedura, id-dispożizzjoni li għandha x'taqsam mat-tieni u t-tielet qari għandha tieħu l-preċedenza.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza