Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Ġunju 2020
EPUB 147kPDF 777k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 5 - GĦELUQ TAL-PROĊEDURA

Artikolu 79 : Iffirmar u pubblikazzjoni ta' atti adottati

Wara li t-test adottat skont l-Artikolu 203 u l-Anness VIII jkun ġie ffinalizzat u ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu ntemmew kif jixraq, l-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarju Ġenerali.

Wara l-iffirmar tal-att, is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament u tal-Kunsill għandhom jagħmlu l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza