Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Ġunju 2020
EPUB 147kPDF 777k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VIII : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1 : KUMITATI

Artikolu 221 : Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa tal-kumitat bil-magħluq

1.   Meta l-Parlament ikun taħt obbligu ġuridiku li jittratta informazzjoni li jkun irċieva bħala informazzjoni kunfidenzjali, il-president tal-kumitat responsabbli għandu awtomatikament japplika l-proċedura ta' kunfidenzjalità stipulata fil-paragrafu 3.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kwalunkwe obbligu ġuridiku li l-informazzjoni milqugħa tiġi ttrattata bħala informazzjoni kunfidenzjali, kwalunkwe kumitat jista' japplika l-proċedura ta' kunfidenzjalità stipulata fil-paragrafu 3 fuq mozzjoni tiegħu stess għal punt ta' informazzjoni jew dokument indikat minn wieħed mill-membri tiegħu f'talba bil-miktub jew orali. Għandha tkun rikjesta maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti għall-adozzjoni tad-deċizjoni li tiġi applikata l-proċedura ta' kunfidenzjalità f'każ bħal dan.

3.   Ladarba l-President tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità għandha tiġi applikata, il-laqgħa għandha tkun bil-magħluq u l-aċċess għaliha jista' jingħata biss lill-membri tal-kumitat, inklużi membri sostituti. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi, f'konformità mal-qafas legali interistituzzjonali applikabbli, li Membri oħra jistgħu jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 216(3). L-aċċess għal-laqgħa jista' jingħata wkoll lill-persuni li jkunu ġew nominati minn qabel mill-President, li jeħtieġu li jkunu infurmati, b'rispett xieraq ta' kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta mir-regoli applikabbli li jirregolaw it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament. Rigward il-konsultazzjoni ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew fil-każ ta' limitazzjonijiet speċifiċi ta' aċċess li jirriżultaw mill-qafas legali interistituzzjonali, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet addizzjonali.

Id-dokumenti għandhom jitqassmu fil-bidu tal-laqgħa u jerġgħu jinġabru fl-aħħar. Huma għandhom ikunu nnumerati. Ma jistgħux jittieħdu noti jew fotokopji.

L-eżami ta' punt trattat skont il-proċedura ta' kunfidenzjalità m'għandhiex tissemma' fil-minuti tal-laqgħa. Id-deċiżjoni rilevanti biss, jekk tittieħed, tista' titniżżel.

4.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità b'mod ġenerali, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 10 u 176.

Dan l-Artikolu japplika jekk il-qafas legali applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali jipprevedi l-possibilita’ ta’ konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa in camera barra l-faċilitajiet sikuri.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza