Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2021
EPUB 151kPDF 793k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 1 : MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 6 : Tneħħija tal-immunità

1.   Kull talba għat-tneħħija tal-immunità għandha tiġi eżaminata skont it-termini tal-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2).

2.   Meta jkun meħtieġ li Membru jidher bħala xhud jew li jixhed bħala espert, ma jkunx hemm għalfejn issir talba għat-tneħħija tal-immunità kemm-il darba:

-   li ma jkunux obbligati jidhru f'data u f'ħin li ma jippermettilhomx iwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom, jew jagħmluhielhom diffiċli li jwettqu dawk id-dmirjiet, jew li se jkunu jistgħu jagħtu stqarrija bil-miktub jew b'xi forma oħra li ma tkunx tagħmilha diffiċli għalihom li jwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom; u

-   li ma jkunux obbligati jixhdu dwar informazzjoni miksuba b'mod kunfidenzjali fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari tagħhom u li hu ma jkunux iħossu li għandhom jagħtu.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza