Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2021
EPUB 151kPDF 793k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 1 : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 50 : Proċeduri leġiżlattivi dwar inizjattivi preżentati minn istituzzjonijiet, apparti l-Kummissjoni, jew mill-Istati Membri

1.   Meta jkunu qed jiġu eżaminati inizjattivi li joriġinaw minn istituzzjonijiet oħra, apparti l-Kummissjoni, jew li joriġinaw mill-Istati Membri, il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentanti tal-istituzzjonijiet jew ta’ dawk l-Istati Membri li jkunu oriġinaw l-inizjattiva biex jippreżentaw l-inizjattiva tagħhom lill-kumitat. Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu oriġinawl-inizjattiva jistgħu jiġu akkumpanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.

2.   Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk hix qed tħejji opinjoni fuq l-inizjattiva, jew jekk għandhiex l-intenzjoni li tressaq proposta alternattiva fi żmien qasir. Jekk it-tweġiba li jirċievi tkun waħda pożittiva, il-kumitat m'għandux jadotta r-rapport tiegħu qabel ma jirċievi dik l-opinjoni tal-Kummissjoni jew il-proposta alternattiva tagħha.

3.   Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn istituzzjoni oħra u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu mill-Parlament f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza