TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 6 : PROĊEDURI BAĠITARJI
Artikolu 101 : Kooperazzjoni interistituzzjonali
Skont l-Artikolu 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President għandu jieħu sehem f'laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri fuq msemmija.
Il-President tal-Parlament jista' jiddelega dan il-kompitu lil wieħed mill-Viċi President li għandu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-president tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.