1. Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.
2. Kumitat jista' jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' xorta ġenerali jew dwar punti speċifiċi.
Il-kumitat għandu jindika, fit-talba tiegħu, l-iskadenza sa meta l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu.
Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha titħabbar lill-Parlament fis-sessjoni parzjali tiegħu li jkun imiss u għandha titqies approvata, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li għandu jittieħed vot fuqha.
3. L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.