Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2021
EPUB 151kPDF 793k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 2 : ORDNI TAL-ĦIDMA TAL-PARLAMENT

Artikolu 161 : Dibattitu straordinarju

1.   Grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jitolbu li jitqiegħed fl-aġenda tal-Parlament dibattitu straordinarju dwar xi materja ta' interess kbir li jkollha x'taqsam mal-politika tal-Unjoni Ewropea. Bħala regola, m'għandux isir aktar minn dibattitu straordinarju wieħed matul kull sessjoni parzjali.

2.   It-talba għandha ssir lill-President bil-miktub mhux anqas minn tliet sigħat qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha jkun ħa jsir id-dibattitu straordinarju. Il-vot fuq din it-talba għandu jittieħed fil-bidu tas-sessjoni parzjali meta l-Parlament jadotta l-agenda tiegħu.

3.   B'risposta għal żviluppi li jseħħu wara l-adozzjoni tal-aġenda għal sessjoni parzjali, il-President, wara li jikkonsulta lill-presidenti tal-gruppi politiċi, jista' jipproponi dibattitu straordinarju. Il-vot fuq tali proposta għandu jittieħed fil-bidu ta' seduta jew f' ħin tal-votazzjonijiet skont l-iskeda. Il-Membri għandhom jiġu notifikati b’tali proposta tal-anqas siegħa qabel il-vot.

4.   Il-President għandu jistabbilixxi l-ħin li fih għandu jsir tali dibattitu. B'kollox, il-ħin tad-dibattitu m'għandux jisboq is-60 minuta. Il-ħin għall-interventi għandu jiġi allokat lill-gruppi politiċi u lill-Membri mhux affiljati skont l-Artikolu 171(4) u (5).

5.   Id-dibattitu għandu jiġi xolt mingħajr ma tiġi adottata riżoluzzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza