Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2021
EPUB 151kPDF 793k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU XIIIa : ĊIRKOSTANZI STRAORDINARJI

Artikolu 237d : It-twettiq ta' sessjoni parzjali jew seduta fi kmamar separati tal-laqgħat

Jekk il-President jiddeċiedi, f'konformità mal-Artikolu 237a(3), punt (c), li jippermetti li ssir sessjoni parzjali jew seduta, kompletament jew parzjalment, f'aktar minn kamra tal-laqgħat waħda, inkluż, fejn xieraq, l-emiċiklu, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

-   il-kmamar tal-laqgħat użati f'dan il-kuntest għandhom jitqiesu li kollettivament jikkostitwixxu l-Kamra;

-   il-President jista', jekk meħtieġ, jiddetermina l-mod li bih jistgħu jintużaw il-kmamar rispettivi tal-laqgħat, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' tbegħid fiżiku jiġu rrispettati.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza