Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Settembru 2021
EPUB 152kPDF 796k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 2 - IT-TIENI QARI

Artikolu 68 : Ammissibilità tal-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill

1.   Il-kumitat responsabbli, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill biex jiġu eżaminati fil-Parlament.

2.   Emenda għall-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tkun ammissibbli biss jekk tkun skont l-Artikoli 180 u 181 u tkun tfittex li:

(a)   terġa' ġġib lura kompletament jew parzjalment il-pożizzjoni adottata mill-Parlament fl-ewwel qari tiegħu; jew

(b)   tilħaq kompromess bejn il-Kunsill u l-Parlament; jew

(c)   temenda parti mit-test ta' pożizzjoni tal-Kunsill li ma kenitx inkluża fil-proposta ppreżentata fl-ewwel qari jew li kienet differenti minnha fil-kontenut; jew

(d)   tqis fatt ġdid jew sitwazzjoni legali ġdida li seħħew minn meta saret l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

Id-diskrezzjoni tal-President li jiddikjara emenda ammissibbli jew mhux ammissibbli ma tistax tiġi kkontestata.

3.   Jekk ikunu saru elezzjonijiet ġodda minn mindu jkun sar l-ewwel qari, imma l-Artikolu 61 ma jkunx ġie invokat, il-President jista' jiddeċiedi li jneħħi r-restrizzjonijiet dwar l-ammissibbiltà stipulati fil-paragrafu 2.

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza