Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Settembru 2021
EPUB 152kPDF 796k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 4 : RAPPORTI TA' ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA

Artikolu 142 : Rapporti annwali u rapporti oħra ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra.

1.   Ir-rapporti annwali u r-rapporti l-oħra ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra, li fir-rigward tagħhom it-Trattati jipprovdu għall-konsultazzjoni tal-Parlament jew li fir-rigward tagħhom dispożizzjonijiet legali oħra jirrikjedu l-opinjoni tal-Parlament, għandhom jiġu ttrattati permezz ta' rapport ippreżentat fis-seduta plenarja.

2.   Ir-rapporti annwali u r-rapporti l-oħra ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli li għandu jeżaminahom u li jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni qasira lill-Parlament jew jipproponi li jitħejja rapport skont l-Artikolu 54 jekk iqis li l-Parlament għandu jieħu pożizzjoni dwar kwistjoni importanti koperta fir-rapport.

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza