Artikolu 155 : Post fejn isiru s-seduti u l-laqgħat
1. Il-Parlament għandu jżomm is-seduti tiegħu u l-laqgħat tal-kumitati tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.
Proposti għal sezzjonijiet parzjali addizzjonali fi Brussel u kwalunkwe emenda għalihom jeħtieġu biss maġġoranza tal-voti mitfugħa.
2. Kwalunkwe kumitat jista' jiddeċiedi li jitlob li waħda jew iżjed mil-laqgħat jinżammu xi mkien ieħor. Tali talba li għandha tiġi motivata, għandha ssir lill-President, li għandu jressaqha quddiem il-Bureau.
Jekk il-kwistjoni tkun urġenti, il-President jista' jieħu d-deċiżjoni hu stess. Jekk it-talba tkun miċħuda mill-Bureau jew mill-President, għandhom jingħataw ir-raġunijiet għala kienet miċħuda.