KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI
Artikolu 173 : Stqarrijiet personali
1. Membru li jitlob li jagħmel stqarrija personali għandu jinstema' fit-tmiem tad-diskussjoni fuq il-punt tal-aġenda li jkun qed jiġi eżaminat jew meta l-minuti tas-seduta li għaliha tirreferi t-talba għal permess biex jitkellem jiġu kkunsidrati għall-approvazzjoni.
Il-Membru kkonċernat ma jistax jitkellem dwar affarijiet sostanzjali imma għandu jillimita l- osservazzjonijiet tiegħu sabiex jirribatti kummenti li jkunu saru dwar il-persuna tiegħu matul id- dibattitu jew opinjonijiet li jkunu ġew attribwiti lilu, jew sabiex jikkoreġi osservazzjonijiet li hu stess ikun għamel.
2. Ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor, ebda stqarrija personali m'għandha ddum aktar minn tliet minuti.