KAPITOLU 6 : PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA
Artikolu 200 : Aġġornament ta' dibattitu jew ta' votazzjoni
(1)
1. Fil-bidu ta' dibattitu dwar xi punt fl-aġenda, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jressqu mozzjoni li d-dibattitu jiġi pospost għal data u ħin speċifiċi. Tali mozzjoni għandu jittieħed vot fuqha minnufih.
L-intenzjoni li jintalab l-aġġornament ta' dibattitu għandha tiġi notifikata tal-anqas 24 siegħa bil-quddiem lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih.
2. Jekk il-mozzjoni tiġi approvata, il-Parlament għandu jgħaddi minnufih għall-punt li jkun imiss fl-aġenda. Id-dibattitu li jkun ġie aġġornat għandu jissokta fid-data u l-ħin speċifikati.
3. Jekk il-mozzjoni tiġi miċħuda, ma tistax terġa' titqiegħed fuq il-Mejda f'dik is-sessjoni parzjali.
4. Qabel jew waqt votazzjoni, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jippreżentaw mozzjoni titlob li l-votazzjoni tiġi posposta. Tali mozzjoni għandu jittieħed vot fuqha minnufih.