1. Il-Parlament jista' f'kull ħin, fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati speċjali, li r-responsabbiltajiet, is-saħħa numerika u l-mandat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin li tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqfu.
2. Il-mandat tal-kumitati speċjali m'għandux jeċċedi t-tnax-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dak il-mandat qabel ma jiskadi. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fid-deċiżjoni tal-Parlament li biha jitwaqqaf il-kumitat speċjali, il-mandat tal-imsemmi kumitat speċjali għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostitwenti tiegħu.
3. Il-kumitati speċjali ma jistgħux jagħtu opinjonijiet lil kumitati oħra.