Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2023
EPUB 152kPDF 798k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 1 - L-EWWEL QARI

Artikolu 61 : Riferiment mill-ġdid lill-Parlament

1.   Il-President għandu, fuq talba tal-kumitat responsabbli, jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-proposta tagħha lill-Parlament meta:

-   il-Kummissjoni tissostitwixxi, temenda b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temenda b'mod sostanzjali l-proposta inizjali tagħha wara li l-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu, ħlief meta dan isir sabiex titqies il-pożizzjoni tal-Parlament.

-   in-natura tal-problema li magħha jkollha x'taqsam il-proposta tinbidel b'mod sostanzjali minħabba l-mogħdija taż-żmien jew il-bidliet fiċ-ċirkustanzi; jew

-   ikunu saru elezzjonijiet ġodda tal-Parlament minn mindu dan kien adotta l-pożizzjoni tiegħu, u l-Konferenza tal-Presidenti tqis li dan ikun opportun.

2.   Jekk hija prevista modifika tal-bażi legali ta' proposta, li tirriżulta fil-fatt li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma tibqax tapplika għal dik il-proposta, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, skont il-paragrafu 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, permezz tal-Presidenti rispettivi tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom, jiskambjaw opinjonijiet dwarha.

3.   Wara l-iskambju ta' fehmiet imsemmi fil-paragrafu 2, il-President, fuq talba tal-kumitat responsabbli, għandu jitlob lill-Kunsill jerġa' jirreferi lill-Parlament l-abbozz ta' att leġiżlattiv, fil-każ li l-Kummissjoni jew il-Kunsill ikollhom il-ħsieb jimmodifikaw il-bażi legali mniżżla fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, bir-riżultat li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma tibqax tapplika.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza