Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2023
EPUB 152kPDF 798k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 5 : AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Artikolu 91 : Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri

1.   Talbiet għall-introduzzjoni ta' koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu riferuti mill-President lill-Kumitat responsabbli biex jiġu eżaminati. Għandu japplika l-Artikolu 105.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skont l-istess proċeduri bħal dawk li kienu jiġu applikati kieku l-ebda koperazzjoni msaħħa ma tkun ġiet stabbilita. L-Artikolu 48 għandu japplika.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza