Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2023
EPUB 152kPDF 798k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 2 : STQARRIJIET

Artikolu 132 : Stqarrijiet mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew

1.   Il-Membri tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew jistgħu f'kull ħin jitolbu permess mingħand il-President tal-Parlament biex jagħmlu stqarrija. Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jagħmel stqarrija wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Il-President tal-Parlament għandu jiddeċiedi meta l-istqarrija tkun tista' ssir u jekk għandhiex tiġi segwita minn dibattitu sħiħ jew minn tletin minuta ta' mistoqsijiet qosra u konċiżi mill-Membri.

2.   Meta jpoġġi stqarrija b'dibattitu fl-aġenda tiegħu, il-Parlament għandu jiddeċiedi jekk jagħlaqx jew le d-dibattitu b'riżoluzzjoni. Fil-każ li jkun programmat rapport fuq l-istess argument fl-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, dan ma jsirx, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, kumitat, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni.

3.   Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu jittieħed vot fuqhom fil-ħin tal-votazzjonijiet l-aktar bikri possibbli. Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-eċċezzjonijiet. L-ispjegazzjonijiet tal-vot għandhom ikunu ammissibbli.

4.   Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta għandha tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet imqiegħda fuq il-Mejda qabel mill-firmatarji tagħha, iżda mhux il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet imqiegħda fuq il-Mejda minn kumitati, gruppi politiċi jew Membri oħra.

5.   Jekk mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta titqiegħed fuq il-Mejda minn gruppi politiċi li jirrappreżentaw maġġoranza ċara, il-President jista' jpoġġi din il-mozzjoni għall-vot l-ewwel.

6.   Wara li tkun ġiet adottata riżoluzzjoni, ma jistax jittieħed vot fuq mozzjonijiet oħra ħlief jekk il-President, f’ ċirkustanzi eċċezzjonali, jiddeċiedi mod ieħor.

7.   L-awtur jew l-awturi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skont il-paragrafu 2 jew l-Artikolu 144(2) għandu jkollhom id-dritt li jirtirawha qabel il-votazzjoni aħħarija.

8.   Mozzjoni għal riżoluzzjoni li tkun ġiet irtirata tista' tittieħed u terġa' titqiegħed fuq il-Mejda minnufih minn grupp, kumitat jew mill-istess numru ta' Membri rikjest biex iqiegħduha fuq il-Mejda. Dan il-paragrafu u il-paragrafu 7 għandhom japplikaw ukoll għar-riżoluzzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 111 u 112.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza